Il-ħaddiema tal-AirMalta jistaqsu...u bir-raġun!
- castillo0001
- May 18, 2021
- 3 min read

L-ammont ta’ ħaddiema tal-AirMalta li matul l-aħħar ġimgħat esprimew id-dieqa tagħhom għall-mod kif lill-kumpanija nazzjonali tal-ajru spiċċat għall-kupptejha u dan iqajjem ħafna mistoqsijiet. Mistoqsijiet leġittimi li jeħtieġu risposti u responsabbilta’.
L-AirMalta titlef kuntratt kbir ta’ €1,000,000.
Ħaddiema tal-AirMalta li jaħdmu fil-Ground Handling qed isaqsu il-għala l-Air Malta sa mill-1 ta’ Mejju li għadda m’għadhiex toffri s-servizz tal-Ambulift? Servizz li kien jingħata minn kumpnaija imwaqqfa apposta bejn l-AirMalta u l-Aviaserve u li tiegħu l-AirMalta weħedha kienet iddaħħal mal-€1,000,000 fis-sena.
Dawn il-ħaddiema qed isaqsu kif jista’ jkun li ntilef dan il-kuntratt wara li l-AirMalta investiet f’makkinarju apposta matul is-sena li għaddiet u li sewa’ għexieren ta’ eluf ta’ ewro?
Bir-raġun kollu qed jistaqsu x’ser jsir b’dan-l-apparat hux se jinbiegħ ? u kif? u lil min?
Dawn il-ħaddiema qed jistaqsu kif jista’ jkun li l-AirMalta tilfet dan il-kuntratt wara li fi żmien il-Ministru Konrad Mizzi, żdiedu għexieren ta’ impjegati jaħdmu f’din is-sezzjoni avolja l-kumpanija diġa’ kienet qed tagħmel telf ta’ madwar €100 miljun?
L-għajdut huwa, li l-management tal-AirMalta nesa’ japplika għal dan it-tender! Il-ħaddiema inkwetati tal-AirMalta qed jistaqsu kif jista’ jkun li bin-numru ta’ management enormi li hemm ġewwa l-AirMalta kollha imħallsin b’pagi tajbin, jistgħu qatt jinsew japplikaw għal dan it-tender li jħalli dħul sinifikanti għal din il-kumpanija.
Dawn il-ħaddiema jistaqsu kif wara din il-bawxata għadu ħadd ma rriżenja jew inżamm responsabbli?
Il-ħaddiema tal-AirMalta speċjalment dawk tal-Ground handling qed jistaqsu x’ġara’ minnha il-kumpanija AirMalta Aviation Services (AAS) imwaqqfa mill-Gvern Laburista. Ħadd ma jaf din fallietx u jekk in-nies responsabbli minnha humiex impjegati tal-AirMalta. Qed isaqsu wkoll minn fejn joħorġu l-pagi ta’ din il-kumpanija?
Iktar mistoqsijiet mill-ħaddiema tal-AirMalta jirrigwardjaw dubju fuq somma ta’ madwar €5miljun allokati għall-AAS u li mid-dehra ħadd ma jaf fejn spiċċaw?
Il-Piloti u l-Cabin Crew
Il-ħaddiema tal-AirMalta qed jistaqsu wkoll kif jista’ jkun li l-Gvern malajr waħħal fil-piloti għas-sitwazzjoni fl-AirMalta u ra kif keċċa 69 minnhom. Piloti kollha imħarrġin biex itiru u biex jagħmlu deċiżjionijiet diffiċli f’kull eventwalita’ li jistgħu jiltaqgħu magħha. Dawn mhumiex ħaddiema komuni li tibdilhom kif ġieb u laħaq. Dawn mnhux impjegati li titfagħhom f’uffiċċju jittimbraw l-envelops! Dawn imħarrġa biex itiru.
Dawn il-ħaddiema qed jistaqsu biex se tkun qed taħdem l-AirMalta meta jerġa’ jibda t-turiżmu?
Bir-raġun kollu qed jistaqsu x’inhu l-pjan għall-AirMalta għal wara l-COVID.
Riċentament għadhom kif kienu tterminati wkoll l-impiegi tal-Cabin Crew part-timers. Cabin Crew li jitħallsu biss meta jtiru. Cabin Crew li qed jistaqsu il-għala ma ttħallewx fuq il-kotba tal-kumpanija għal meta jiqala’ l-bżonn?
Anke l-Cabin Crew tal-post qed isaqsu sakemm se jdumu bil-paga ta €1,200 fix-xahar? Din hija sittwazzjoni ingusta meta hemm persuni fil-managment tal-AirMalta li ma għamlu l-eba sagrifiċju! U kollox baqa’ għadej qisu ma garra xejn! Mhux ġust li il-ħaddiema spiċċaw jgorru il-piż ta’ deċiżjonijiet żbaljati ta ħaddieħor?
Stojra ta’ falliment fl-idejat
Dawn il-ħaddiema qed jaraw futur ferm imċajpar. Fakkruna kif sa mill-2013 ma kien hemm ebda pjan serju biex titmexxa din il-kumpanija. Ħames ministri fi 8 snin kollha jimponu l-idejat tagħhom u l-ħbieb tagħhom fuq il-Bord tad-Diretturi. Min ried ibigħ l-AirMalta għal-€1 wieħed biss lill-Alitalia li kienet falluta iktar mill-AirMalta. Min ried imur iċ-Ċina, min ried itir lejn l-Amerka, impiegi bl-addoċċ, saħansitra impieg ta’ xufier mingħajr liċenzja!
Hija ħasra, qalulna dawn il-ħaddiema kif il-Ministru preżenti, jitkellem fuq il-passat tal-AirMalta mingħajr ma jfakkar lin-nies li kienu sħabu fl-istess Gvern li ġabu lill-kumpanija f’din is-sitwazzjoni. Kienu sħabu fil-kabinett Soċjalista u li tiegħu Robert Abela kien konsulent li approvaw dan kollu. Issa jitkellmu daqs li kieku din is-sitwazzjoni wirtuha mgħand Gvern Nazzjonalista!




Comments